|
Nixtiequ nirringrazzjawkom
talli żortu dan s-sit tal-Ministeru tas-Saħħa
1.0 Il-Politika tal-Privatezza
Aħna mpenjati lejn
il-protezzjoni tal-privatezza tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru
ebda informazzjoni personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhielnix
volontarjament. Kwalunkwe informazzjoni personali li intom tikkomunikaw lilna
tinżamm fi ħdan health.gov.mt innifsu skond l-att dwar il- Protezzjoni
u l-Privatezza tad-Data 2001
2.0
L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta'
Diċembru 2001 u ġie fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003.
Għalhekk aħna nikkunsidraw li għandna dmir legali biex
nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe nformazzjoni personali li niġbru
mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Nieħdu s-salvagwardji kollha
neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma
ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandkom, bħala
viżitaturi, lil xi terzi persuni jew Dipartiment tal-Gvern sakemm intom ma
tagħtuniex il-kunsens tagħkom.
3.0 Il-Kuntatt jew il-Feedback
Meta timla l-formola dwar il-paġna ta' "AGĦMEL KUNTATT
MAGĦNA" jew "KUMMENTI", aħna nużaw l-informazzjoni
personali sottomessa fil-formola biex nirrispondu għall-messaġġ
tiegħek biss. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli
neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa tal-'feedback'
tintlaħaq.
4.0 Aċċess
għal Siti oħra
Is-Sit tagħna għandu numru ta' aċċessi għal siti ta'
organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħrajn. Hemm
xi każijiet, għall-benefiċċju tal-viżitatur, fejn jista'
jkun meħtieġ li aħna noħolqu aċċess għal siti
oħrajn ta' organizzazzjonijiet oħrajn wara li jinġjieb permess
mingħandhom rispettivament. Huwa mportanti għalik li tinnota li malli
tagħmel aċċess għal sit ieħor, inti ma tkunx
għadek fis-sit tagħna u ssir soġġett għall-politika
privata tas-sit il-ġdid.
5.0 Aċċess
għall-Informazzjoni tiegħek
Inti tista' titlobna fi kwalunkwe ħin liema informazzjoni dwarek
hija effettivament miżmuma, jekk hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti
għandek id-dritt li xi affarijiet dwarek li mhumiex eżatti jiġu
kkoreġuti u, fejn applikabbli, mħassra - jekk ma jkunux diġa
mħassra.
6.0 Bidliet għal din
il-Politika Privata
Jekk ikun hemm xi bidliet għal din il-Politika Privata, ahna nissostitwixxu
din il-paġna b'verżjoni aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess
tiegħek stess li tiċċekkja l-paġna tal-"Politika
Privata" kull meta tagħmel aċċess għas-sit tagħna
sabiex tkun konxju ta' xi tibdiliet li jistgħu iseħħu minn
żmien għal żmien.
|