MELA INTI

TRID TIEQAF

TPEJJEP


 

Picture of a manTISTA' TAGHMILHA

 

Trid iz-zmien biex tieqaf tpejjep.

Hemm 4 passi:

1. Ahseb fir-ragunijiet ghaliex trid tieqaf.

2. Ipprepara biex tieqaf.

3. Hu azzjoni. Ieqaf.

4. Kompli ahdem biex ma tpejjipx aktar.

L-ewwel pass jista' jehodlok minn ftit jiem sa xi snin. It-tieni u t-tielet pass jistghu jsiru fi ftit sighat jew forsi xi gimghat. Ir-raba' pass huwa mehtieg - jistghu jghaddu xhur qabel inti jkollok konfidenza fik innifsek li qatt ma tkun trid sigarett iehor f'hajtek.

 

 

KIF GHANDEK TUZA DAN IL-KTIEB

 

Aqrah, sakemm tkun ghaddejja minn dawn l-erba' passi. Zommu mieghek biex tfakkar lilek innifsek x'inti taghmel.

Jekk tasal sar-raba' pass u mbaghad taqa' lura, erga' ibda mill-bidu. Hafna nies ikollhom jippruvaw diversi drabi qabel ma jaqtghu t-tipjip ghal kollox.

Jekk inti ippruvajt qabel u ma rnexxilekx, xorta ibqa' ipprova. Jekk m'intix certa li tista' taghmilha, ahseb f'dan:

 

Hemm aktar minn hdax-il miljun ruh fl-Ingilterra li waqfu

jpejpu. Ghalhekk inti tista' taghmilha wkoll!


1 AHSEB BIEX TIEQAF

 

L-akbar mistoqsija hi: inti veru trid tieqaf? Ghax din hija c-cavetta tas-success. Iddeciedi li trid tieqaf, u tara kif jirnexxilek. Hafna nies baqghu mistaghgba kemm kienet facli ghalihom li jieqfu la darba dahhluha f'mohhhom li jridu jieqfu verament.

Biex tghin lilek innifsek tiehu decizjoni, oqghod ahseb x'vantaggi tikseb jekk tieqaf tpejjep.

 

                Mill-ewwel

  • tehles minn vizzju li jneffqek il-flus u li hu ta' hsara ghal sahhtek.

  • ikollok Lm10 - Lm15 ohra x'tonfoq f'gimgha.

  • tibda tinxtamm b'riha aktar pjacevoli, u mhux b'riha tinten. Ma jkollokx aktar dwiefer u snien imtebbghin.

  • tkun iktar f'sahhtek u tkun tista' tiehu nifs aktar facli - ezempju meta titla' t-tarag jew tigri biex tilhaq tal-linja.

  • u ma jkollokx hsibijiet li forsi qed toqtol lilek innifsek.

 

Ghall-futur

  • tieqaf mit-tqahqih tas-sigaretti.

  • issofri inqas minn xi rjihat jew infezzjonijiet.

  • u tevita l-perikli li jkollhom jaffrontaw dawk li jpejpu.

 

Hames liri (fives pound note)It-tipjip inaqqaslek hajtek - hawn nies li kieku ma kienux ipejpu, kienu jghixu 10, 20 jew anke 30 sena ohra.

Fost 1,000 ruh li jkunu ghadhom zghar u li jpejpu, forsi 6 minnhom imutu fit-toroq, imma 250 imutu qabel il-waqt, u dan minhabba t-tabakk.

Nisa li jpejpu fi zmien it-tqala, ghandhom riskju akbar li jitilfu t-tarbija jew li din titwildilhom qabel iz-zmien jew inqas mill-piz mehtieg.

Ahseb fil-flus li tista' tfaddal

 


Jogging man

Jekk taqta' t-tipjip qabel ma jaqbdek xi kancer jew xi problema serja tal-qalb jew marda fil-pulmun ikkawzata mit-tipjip, tkun evitajt kwazi r-riskji kollha ta' mewt jew ta' dizabilita assocjata mat-tipjip.

 

 

                                                                                            200 metru iehor u … nkun id-dar

 

FAMILJA U HBIEB

La darba taqta' t-tipjip, anke shabek u tal-familja jibbenefikaw minn dan.

  • ikunu jistghu jgawdu aktar arja nadifa.

  • dak li jkun jiehu gost aktar joqghod mieghek. Ftakar fis-slogan: "Bus lil xi hadd li ma jpejjipx u duq id-differenza"

  • tfal li jghammru f'dar li fiha ma jsirx tipjip, ghandhom inqas riskju li jaqbadhom xi rih jew ukoll xi pneumonia.

  • jekk inti ma tpejjipx, ic-cans li t-tfal tieghek jkunu jridu jibdew ipejpu huwa inqas.

  • u ghalkemm ir-riskju l-kbir tat-tipjip huwa ghal dak il-bniedem li jpejjep, dawk in-nies li ma jpejpux jew joqoghdu ma' dawk li jpejpu, ghandhom riskju akbar li jaqbadhom il-mard tas-sider.

 

Ghalik, ghall-familja u l-hbieb, il-vantaggi jibdew malli inti tieqaf tpejjep, u tibqa' hekk ghal dejjem.


ALLURA, X'QED IZOMMOK?

 

 

"Ippruvajt qabel, imma x-xewqa ghat-tipjip kienet wisq kbira".

Kbira kemm tkun kbira ghall-ewwel, fl-ahhar tnin, sakemm int ma ccedix.

Tmur aktar malajr jekk int ma tfittixx baxx baxx ghal sigarett.

 

"Bhalissa hu zmien hazin biex nipprova."

Veru hemm zminijiet hziena biex tieqaf - ezempju meta tkun taht stress kbir. Ghalhekk ipprova ghazel zmien tajjeb. Imma oqghod attenta u tantx iddum biex taghmilha. Huwa facli hafna li toqghod issib l-iskuzi biex ma tiqafx tpejjep.

 

"Forsi ma jirnexxilix".

Ma tistax tghid hekk qabel ma tkun ippruvajt. Madankollu, anke jekk ma jirnexxilekx ghall-ewwel darba, ibqa' pprova ghax fl-ahhar jirnexxilek. Xi whud ikollhom jippruvaw diversi drabi qabel ma jkollhom success.

13th of the month."Iva, nieqaf ... xi darba."

Ieqaf issa. Iktar ma tkompli tpejjep, iktar se taghmel hsara lilek innifsek u se taghmilha aktar difficli ghalik li tieqaf.

"Nitlef l-uniku pjacir f'hajti."

Stenna ftit, u tara kemm hu ahjar li tkun persuna ma tpejjipx.

Wara li tkun ghelibt il-vizzju, il-hajja jkollha aktar valur li tghixha. Ezempju, tibda ttieghem u tiehu gost aktar bl-ikel.

"Ma nistax inkun ta' gerha fuq il-familja tieghi. Inkun bniedma impossibbli biex tghix mieghi."

Ahseb fuq x'qed tikkawza lill-familja tieghek issa, b'dan it-tniggiz kollu. Ftit gimghat b'burdata hazina jghamlu tajjeb biex aktar tard ikollok hajja iktar twila u f'sahhitha.


Smoking dad

"Ma nkunx kapaci noqghod minghajr sigarett."

Ipprova u tara. Kont timxi sewwa qabel ma bdejt tpejjep u hekk jerga' jigri jekk taqta' t-tipjip.

"Nerga' nibda nizdied fil-piz jekk nieqaf."

Iva jista' jkun li tibda zzid fil-piz, imma tista' titilfu fi ftit xhur, specjalment jekk toqghod iktar attenta x'tiekol. It-tipjip huwa iktar ta' hsara ghalik milli l-piz zejjed, ghalhekk huwa iktar importanti li ssolvi din il-problema l-ewwel.

 

 

Man eating grapes

"Jiena naf nies li kienu jdahhnu daqs cumnija u ghexu sa 84 sena."

Sfortunatament, anke ftit sigaretti kuljum, huma ta' hsara ghas-sahha.

 

"Jiena npejjep sigaretti ta' ftit qatran."

Thalli 'l hadd jidhak bik. Sigaretti li fihom inqas qatran minn ohrajn, xorta huma ta' dannu ghal sahhtek. L-uniku sigarett li ma jaghmilx hsara huwa dak is-sigarett li ma jinxteghelx.


 

2 IPPREPARA BIEX TIEQAF

Ieqaf mill-vizzju

 

It-tipjip huwa vizzju li huwa marbut hafna ma' certi hinijiet u postijiet. Jekk Say no thanks huwa billi tevita s-sitwazzjonijiet meta inti jkollok aptit ta' sigarett. Jekk ma tistax tevitahom, allura jkollok tiggieled it-tentazzjoni.

Oqghod bil-qieghda u ahseb ftit meta u fejn is-soltu tqabbad sigarett. Ezempju, dejjem tiehu xi wiehed wara l-kolazzjon ta' fil-ghodu? Wara xi ikliet ohra? Waqt l-intervalli tax-xoghol? Meta tkun qed tara t-televizjoni? Ma xi hbieb f'xi pub? La darba tieqaf tpejjep, dawn il-hinijiet u postijiet se jkunu krucjali, ghalhekk ibda ahseb minn issa kif dawn tista' tevitahom.


evita sitwazzjoni perikoluza

 

Jghin ukoll jekk tibda vizzji godda biex tpatti ghall-vizzju tat-tipjip. Ghalhekk ippjana attivitajiet godda biex jiehdu post it-tipjip - affarijiet li jaljenawk, affarijiet x'taghmel b'idejk, u modi ohra biex tegheleb it-tensjoni.

 

Something to do with your handsHawn nies li jsibuha ta' ghajnuna jekk inaqqsu mis-sigaretti qabel ma jieqfu tassew. Dan huwa mod ta' preparazzjoni ghal dik il-gurnata li fiha se tieqaf mit-tipjip ghal dejjem. Imma tharisx lejn din is-sitwazzjoni li tnaqqas mis-sigaretti bhala alternattiva biex tieqaf, u ma taghmilhiex ta' l-inqas ghal ftit aktar minn diversi gimghat. Ghax il-periklu hu li terga' lura ghat-tipjip bhal ma kont.

Sib xi haga x'taghmel b'idejk


IKSEB FTIT GHAJNUNA

 

Aghmel imhatra ma xi hadd

Picture of a Handshake

 

Ipprova ikseb ftit ghajnuna minghand il-familjari u l-hbieb.

 

 

Picture of a lady working

AGHZEL GURNATA

 

Iddeciedi meta ser tieqaf. Aghzel gurnata fejn ma tkunx taht hafna stress. Il-gurnata ta' qabel, nehhi s-sigaretti kollha, recipjenti fejn tarmi l-irmied tas-sigaretti (ash trays) u lighters.

 

 



 

3 SE TIEQAF

 

 

GURNATA SPECJALI

 

Li tieqaf tpejjep darba ghal dejjem, huwa pass kbir. Ghalhekk imxi gurnata b'gurnata. Aghmel l-ewwel gurnata wahda specjali. Forsi toqghod fis-sodda ftit aktar mis-soltu, jew Picture of couple in bathtqum kmieni. Hu banju bil-kwiet. Ghall-kolazzjon, hu l-ghasir tal-frott - it-toghma tkun friska ghalhekk thossok ahjar. Ippjana xi haga specjali ghal tmiem il-gurnata bhala rigal talli ma tkunx pejjipt.

 

BIDDEL IR-RUTINA

 

        Se neghleb il-vizzju tat-tipjip            

Wettaq fil-prattika dak li tkun ippjanajt u hejjejt. Aghmel l-ahjar li tista' biex

tbiddel ir-rutina tieghek halli tevita s-sitwazzjonijiet li fihom jigik aptit kbir li tpejjep sigarett. Aktar ma tbiddel ir-rutina, aktar ikun facli ghalik li tieqaf tpejjep. Tibzax, mhuxPicture of man eating gum se tghaddi ghomrok kollu tipprova tevita s-siwazzjonijiet perikoluzi; ikunu biss ftit gimghat sakemm idderri lilek innifsek li ma tpejjipx.

AGHMEL XI HAGA OHRA

Jekk ikollok hajra kbira li tpejjep, allura l-aktar haga importanti hi li taghmel xi haga ohra minflok.

Jekk se toqghod hemm bil-qieghda bix-xewqa ta' sigarett u toqghod tahseb dwaru, ghandu mnejn tispicca tpejjep. Imma jekk tqum u taghmel xi haga

Sib xi haga x'tomghod

ohra, ikun iktar facli ghalik li tirrezisti t-tentazzjoni. Ezempju, jekk inti s-soltu tpejjep wara ikla, qum mill-ewwel minn mal-mejda, anke jekk biex tahsel il-platti. Jekk ma tistax taghmel xi haga, ipprova ahseb f'affarijiet ohra. Aljena mohhok mit-tipjip, u tara kif jirnexxilek.

Fittex xi haga li tghinek twarrab kull hsieb ta' tipjip biex tghaddi l-ewwel ftit gimghat. Xi nies isibuha ta' ghajnuna jekk isibu xi haga x'jaghmlu b'idejhom, bhal jahdmu s-suf, jew jilghabu b'xi mazz cwievet. Ohrajn isibuha ta' ghajnuna jekk isibu xi haga x'jomoghdu jew isefsfu (bi rdigh). Xi whud jiehdu tazza ilma kull darba li jigihom l-aptit li jpejpu sigarett.

 

 

L-EFFETTI JGHADDU

 

Ftakar li kieku s'issa forsi tkun hadt minn 100 sa 400 nifs ta' tabakk kuljum u gismek ikun dara ghal ammont konsiderevoli ta' nikotina kull darba. Ghall-ewwel forsi tkun irritabbli u ma tkunx tista' tikkoncentra. Ghandu mnejn tghaddi minn burdati estremi - filli tkun ferhana, u filli mdejqa. Forsi jkollok dwejjaq fl-istonku, u wkoll soghla qawwija sakemm tibda tahden is-sistema ta' ndafa fil-pulmuni. Tinkwetax jekk ikollok minn dawn l-effetti. Tista' tiehu z-zmien sakemm tidra li m'ghandekx tpejjep. L-effetti huma kollha parti mill-process ta' titjib u dawn ghandhom jghaddu fi ftit gimghat. Jekk ikomplu, imbaghad iccekkja mat-tabib tieghek.

Jista' jkun ukoll li ma jkollok l-ebda effett. Xi nies jiksbu l-vantaggi kollha jekk jieqfu jpejpu, u ftit jew xejn ikollhom problemi.

Picture of three faces

Tista' tghaddi minn esperjenza ta' burdati estremi - 
Dawn ghandhom jghaddu fi ftit gimghat


 

 

ISSA LI WAQAFT

 

IBQA' ZOMM (TPEJJIPX AKTAR)

 

Saying no thanks to mirrorWara li l-ewwel entuzjazmu jkun naqas, xorta ibqa' zomm soda. Thallix lilek innifsek taqa' lura. Tpejjep ebda sigarett.

Hares lejn il-mera u oqghod ipprattika billi tghid: "Le Grazzi, jien ma npejjipx". B'dan il-mod tkun kapaci tghid le lil dawk li jpejpu u li jkunu jriduk tpejjep ukoll halli huma jhossuhom inqas hatja.

Warrab il-flus li kieku kellek tonfoq fuq is-sigaretti, u arahom dejjem jizdiedu.

Zomm ruhek okkupata, sib x'taghmel: Naddaf id-dar, aghmel xi ftit tizjin, ohrog iktar. Mur f'postijiet fejn ma tahsibx f'tipjip.

Zomm ruhek attiva. Ilghab xi sport, mur ghal xi mixja jew girja. Gieghel lil haddiehor jigi mieghek halli tiehdu gost flimkien. Ibqa' fakkar lilek innifsek il-hin kollu, bil-vantaggi li qed tikseb meta ma tpejjipx; tinxtamm aktar tfuh, tibla' arja nadifa, ikollok iktar flus u, l-iktar importanti, ghandek inqas cans li tmut ta' eta zghira.

TGHALLEM STRIEH

 

Tista' tghin lilek innifsek biex tistrieh. Imtedd u ccekkja kull muskolu ta' gismek, wiehed ,wiehed. Ibda minn saqajk, il-pxiexen u l-kumplament. Jekk issib muskolu ftit iebes, aghfsu sew, zommu ghal ftit sekondi, imbaghad erhilu. Kompli ahdem fuq gismek


Picture of man battingb'dan il-mod u spicca bil-wicc u l-qurriegha tar-ras

Picture of woman counting(scalp). Zgur li tistaghgeb meta tara kemm ghandek tensjoni f'gismek. Jew ipprova din: Oqghod bil-qiegha dritta fuq siggu, f'kamra kwieta. Aghlaq ghajnejk u oqghek isma' lilek innifsek tiehu n-nifs. Ghodd in-nifsijiet. Jekk tara li qed taljena mohhok u tahseb f'affarijiet ohra, erga' ibda ghodd in-nifsijiet.

 


 

 

4 IBQA' WIEQFA

(TPEJJIPX AKTAR)

 

 

Issa n-nies mhux ha joqoghdu jaghmlu ghageb izjed kemm mort tajba. Jahsbu li issa ghadda kollox. Imma ghalik, dan huwa l-iktar zmien importanti.

 

 

ICCEDIX

 

Jekk sibtha facli li tieqaf, inti tahseb li tista' tiehu dak is-sigarett tas-soltu u terga' tieqaf Picture of devil tempting ex-smokermeta trid. Tidhakx bik innifsek. L-ewwelnett, darb'ohra tista' ma tkunx daqshekk facli. U wkoll, hemm parti minnek li tkun trid terga' tibda tpejjep u inti tibda ssib kull skuza biex tpejjep - "Sigarett wiehed mhux se jaghmel xejn hazin". "Dan ma kienx zmien tajjeb biex nieqaf." "Forsi nistenna sakemm insib fejqan b'inqas sofferenzi", u skuzi ohra bhal dawn. Iccedix b'dawn l-iskuzi. M'hemm ebda kura magika. Dan kollu jiddependi minnek. Trid tahdem hafna biex taqta' l-vizzju ghal kollox.

 

Picture of a magician

AGHTI RIGAL LILEK INNIFSEK

 

Kull darba li jkollok aptit li tpejjep, ftakar kemm inti aktar f'sahhtek issa li waqaft. U iktar sinjura wkoll! Ippremja lilek innifsek u lill-familja b'dak li tkun faddalt. Jekk waqaft tpejjep ma' xi haddiehor, komplu ghinu lil xulxin.

 

   M'hemm ebda kura magika

 

OQGHOD ATTENTA GHALL-PIZ TIEGHEK

 

Issa huwa l-waqt li toqghod attenta dwar il-piz tieghek. Jekk din hija problema ghalik, ipprova kemm jista' jkun li taqta' l-helu u l-ikel li jhaxxen. Jekk trid tiekol iktar, ikkoncentra fuq l-insalati, frott frisk u haxix. Oqghod attenta. Toqghodx iggib skuza li qed tehxien, biex terga' tibda tpejjep. Jekk irnexxielek teghleb it-tipjip, zgur li tista' taghmel dan ukoll rigward il-piz.

Picture of people eating ice-cream

Aah! Pa, Gelat


MISTOQSIJIET LI JIGU F'MOHHOK

 

 

"Kemm se ddum din ix-xewqa ghat-tipjip biex tnin ghal kollox?"

Snakes and ladders Difficli biex tghid ezattament. B'sorpriza ghal xi whud, din tista' tkun veru malajr. Ghal ohrajn, jistghu jghaddu ftit gimghat qabel ma din ix-xewqa tibda tnin. Imbaghad issir iktar facli, ghalkemm jista' jkun li ghal xi zmien thoss ugigh akut kultant.

 

"Ghaliex huwa difficli li tipprova zzomm milli tpejjep?"

Ghaliex trid taqta' dak li forsi hu probabbli vizzju stabbilit sew. U dan mhux dejjem facli li tghamlu u jista' jiehu ftit zmien.

 

"Certament, nista' npejjep xi wiehed 'hemm u 'l hawn, minghajr ma naghmel hsara?"

Ghal hafna min-nies, it-twegiba hi LE. M'hemmx aktar sigaretti. Huwa hafna facli li tpejjep ftit sigaretti ghall-bidu u f'daqqa wahda terga' tibda tpejjep bhal qabel, jekk mhux ukoll, aktar. Sigarett wiehed jew ukoll sigarru jew pipa, jistghu jkunu l-quccata (bidu) taz-zurzieqa.

 

 

"Hemm xi ghajnuna jew kura biex tnaqqas il-hajraa tat-tipjip?"

'Hypnosis' u 'Acupuncture' huma msemmija hafna. Jistghu jghinu lin-nies biex jieqfu imma ma tantx huma effettivi biex in-nies jibqghu ma jpejpux; u din hi l-aktar haga importanti. Chewing gum tan-nikotina li jista' jittiehed ghal xhur jekk hemm bzonn, ukoll jista' jghin lil xi whud. Imma ma tantx ghandu toghma tajba, huwa gholi mhux hazin (ghalkemm irhas mis-sigaretti), u trid tomoghdu b'mod specjali - bil-mod hafna.

Fil-mument, tista' takkwistah biss fuq ricetta tat-tabib, u trid thallas il-prezz shih ghax ma jinstabx fil-Qasam tas-Sahha Nazzjonali.

M'hemm ebda kura ahjar biex tghinek tieqaf tpejjep hlief ir-rieda tieghek.


Picture of shining teeth"Kemm irid jghaddi zmien qabel ma nkun fiqt mill-hsara kollha tat-tipjip?"

Jiddependi dwar liema hsara qed titkellem. Ser tehles mill-ewwel mit-tniggiz tal-qatran, carbon monoxide u veleni ohra. Fi ftit jiem, in-nifs u snienek se jkunu aktar nodfa. Fi ftit jiem jew gimghat, is-sistema tan-nifs tkun ahjar. Xi problemi tac-cirkulazzjoni wkoll imorru ahjar fi ftit gimghat. Rigward il-mard tal-qalb, ir-riskji jonqsu aktar.

 

Ir-riskji li jaqbdek kancer fil-pulmun u hafna mard iehor ikkawzat mit-tipjip, tant jibdew jonqsu li kwazi jigu daqs li kieku ma tkun pejjipt qatt. Certament, inqas ma tkun ghamilt hsara lil gismek, iktar se jkun hemm fejqan malajr, ghalhekk iktar ma taqta' mit-tipjip kmieni, iktar ahjar.

 

 

X'JIGRI JEKK NERGA' NIBDA?

 

Ma tkunx waslet l-ahhar tad-dinja, jekk terga' taqbad tpejjep. Ma jfissirx li inti fallejt.

Sfortunatament, meta xi nies jergghu jaqbdu jpejpu, ipejpu daqs jew iktar minn qatt qabel, specjalment ghall-ewwel. Jekk trazzan lilek innifsek fil-hin, tista' tevita dan kollu. Jekk le, tghallem mill-waqgha li tkun waqajt halli darb'ohra tkun taf kif tevitaha. Forsi tkun tlift il-battalja, imma xorta ghad tista' tirbah il-gwerra.

Hejji ruhek, aghzel gurnata li fiha tista' terga tieqaf, u kompli miexja biex tieqaf mit-tipjip.


FTAKAR

 

Hemm hafna cajtiet li jinghadu dwar il-waqfien mis-sigaretti, u issa tkun fuq in-naha li tircievi xi whud minnhom, jekk tipprova. Imma thallix dawn ic-cajtiet inessuk kemm hi serja dil-bicca xoghol.

Li tmut mit-tabakk, hi xi haga komuni. Kull gimgha madwar 2,000 ruh fl-Ingilterra jigrilhom hekk. Meta tkun wasalt fix-xifer tal-mewt tinduna li dan jista' jigri lilek ukoll.

Picture of ex-smoker saying no thanksTul is-sitt snin tat-Tieni Gwerra Dinjija, mietu kwart ta' miljun tal-poplu Ingliz. Jekk tiehu l-ahhar hames snin li ghaddew, it-tabakk qatel id-doppju ta' dan l-ammont. Fi Brittanja, it-tabakk joqtol madwar 4 darbiet aktar in-numru ta' dawk li jmutu bix-xorb alkoholiku, bid-droga, bil-qtil, b'suwicidju, f'incidenti tat-traffiku, f'incidenti tal-ferroviji u ohrajn ta' l-ajru, b'velenu, f'xi gharqa, f'nirien, f'waqghat, minn sriep, b'sajjetti u b'kawzi ohra ta' mwiet accidentali.

Biex tieqaf tpejjep trid iz-zmien, u mhux dejjem huwa facli. Imma ma tahsibx li jkun ta' siwi?

 



Picture of the sun & clounds

 

Jekk ghandek bzonn aktar ghajnuna jew pariri kif ghandek taqta' mit-tipjip, ghandek iccempel 241484 fic-Centru Taghrif Dwar Sahhtek u tinghatalek aktar informazzjoni dwar il-klinika biex tieqaf tpejjep.

 

Logo of the dept of Health Promotion

HEALTH PROMOTION DEPARTMENT

Tel: 221897

Fax: 235107

1, Triq il-Kurcifiss, il-Furjana

 

 

HPD 1999