| ||||||||||||||||||
Informazzjoni għal PUBBLIKUInformazzjoni dwar l-Influwenza ta' l-IstaġunHawn Malta l-istaġun ta’ l-Influwenza huwa fix-xhur tax-xitwa. L-aqwa tagħha jkun bejn nofs Diċembru u l-aħħar ta’ Jannar jew bejn nofs Frar u l-aħħar ta’ Marzu. Biex ikun evitat li taqbdek l-Influwenza fix-xitwa huwa rrakkomandat li tieħu t-tilqima ta’ l-istaġun fil-bidu t’Ottobru. Dan ma’ jwaqqafx milli jaqbdek ir-riħ komuni.
Id-differenza bejn ir-riħ komuni u l-Influwenza:
Influwenza jew Riħ komuni
Informazzjoni dwar l-Influwenza tat-Tjur (Avian Flu):
L-Influwenza tat-Tjur (Avian Flu) hija kkawżata mill-virus ta’ l-Influwenza – H5N1 – li ssoltu jinstab fit-tjur – l-aktar papri, tiġieġ u wiżż (geese).
Bħalissa l-uniku mogħod kif in-nies jistgħu jiġu nfettati bil-virus tat-tjur huwa meta’ jiġu f’kuntatt ma’ tjur morda jew l-iġsma tagħhom.
Sal-ġurnata tal-llum hawn Malta l-ebda għasafar/tjur m’huma nfettati bill-virus tat-tjur. Maltin li ħa jsiefru lejn l-Ażja (speċjalment il-Vietnam, it-Tajlandja, l-Indonesja, iċ-Ċina, il-Ġappun u Hong Kong, li huma affetwati bil-virus tat-tjur) għandhom jevitaw li jieklu laħam tat-tjur jew li jiġu f’kuntatt ma’ dawn l-annimali fi rziezet jew swieq.
Bħalissa l-Influwenza tat-tjur għada ma titteħidx minn persuna għal oħra – imma hemm riskju li tista’ ssir trasmessa faċilment bejn in-nies fil-futur qarib u li din tista’ tikkawża l-pandemija.
Il-Vaċċin ta’ l-Influwenza:
Għad m’hemm l-ebda vaċċin kontra l-Influwenza tat-Tjur imkien fid-dinja. Bħalissa qed isiru studji sabiex ikun żviluppat dan il-vaċċin.
Għad m’hemm l-ebda vaċċin kontra l-Influwenza Pandemika mkien fid-dinja. Meta tkun disponibbli, il-Gvern Malti se jġib kunsenja għal 90% tal-popolazzjoni (l-ammont ta’ nies f’popolazzjoni li jistgħu jieħdu l-vaċċin bla riskju ta’ allerġiji jew reazzjonijiet avversi) u jqassamha.
Il-Vaċċin ta’ l-Influwenza ta’ l-istaġun qed ikun offrut b’xejn mill-Gvern lil persuni li għandhom l-iktar riskju ta’ kumplikazzjonijiet mill-Influwenza u dawn huma:
Il-vaċċin iżda huwa ta’ benefiċċju għal kulħadd u huwa rrakkomandat l-aktar għal trabi ta’ eta’ bejn is-6-23 xahar peress li huma f’riskju sostanzjali għola li taqbadhom l-Influwenza u l-bżonn ta’ sptar minħabba l-Influwenza. Il-vaċċin jista’ jittieħed minn-nisa li għandhom iktar minn 3 xhur tqala u nisa li qegħdin ireddgħu.
Mhuwiex irrakkomandat li jittieħed:
Huwa rrakkomandat li l-vaċċin ma jitteħidx qabel il-bidu ta’ Ottobru u jista’ jittieħed sa nofs Novembru.
Dawk li huma eliġibbli għall-vaċċin b’xejn mingħand il-gvern m’għandhomx għalfejn jibbukkjawha minn qabel mingħand il-poliklinik. Darba li tkun disponibbli, kull ma trid tagħmel hu li tmur għand il-Kunsill Lokali jew Poliklinik tal-lokal tiegħek u tieħu miegħek il-karta ta’ l-identita’ tiegħek jew il-kartuna s-safra jew roża tal-mediċini li juru li inti tbati minn marda kronika.
Persuni li ma jidħlux f’dawn il-kriterji jridu jibbukjaw il-vaċċin mill-ispiżerija tal-lokal tagħhom jew mingħand l-ispizjar tagħhom.
Kura:
Hemm mediċini li jissejħu “antiviral drugs” li huma effettivi kontra l-virus ta’ l-Influwenza.
Dawn huma oseltamivir (Tamiflu – li ssibha f’forma ta’ kapsuli jew mistura) u zanamivir (Relenza – li ssibha bħala “inhaler”) li huma effettivi kontra l-Influwenza A u B u l-Influwenza tat-tjur u Amantadine (Lysovir) li hija effettiva biss kontra l-Influwenza A imma mhux kontra l-Influwenza B u l-Influwenza tat-tjur.
Il-Gvern ordna kunsenja ta’ Tamiflu (kapsuli u mistura) għal 25% tal-popolazzjoni (l-ammont ta’ nies ikkalkulati mill-WHO li jistgħu jimirdu waqt pandemija). Din il-mediċina se tintuża BISS bħala kura għall-pazjenti li jimirdu bl-Influwenza pandemika waqt il-pandemija.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika avża li l-“antivirals” għandhom jittieħdu biss bħala kura. M’hemmx biżżejjed informazzjoni u għadhom ma sarux biżżejjed studji dwar l-użu tal-mediċini bħala prevenzjoni (i.e. toħodha qabel biex ma taqbdekx l-Influwenza) ta’ l-Influwenza.
Xi nies iddeċidew li jordnaw il-mediċina mingħand l-ispiżjar tagħhom – qabel ma jingħataw il-mediċina tagħhom iridu jimlew formola (isibuha għand it-tabib jew l-ispiżerija tagħhom) li fiha jridu jiktbu d-dettalji personali tagħhom u li trid tkun iffirmata mingħand it-tabib u l-ispiżjar tagħhom.
Parir Ġenerali:
Huwa mportanti ħafna li jekk persuni jħossuhom ma jifilħux b’xi sintomi ta’ l-Influwenza għandhom joqgħodu d-dar u ma jmorrux ix-xogħol jew l-iskola.
Strieħ fis-sodda u ixrob il-likwidi.
Dejjem għatti ħalqek u mnieħrek meta tisgħol jew tgħatas.
Dejjem aħsel idejk wara li tgħatas jew tisgħol.
Armi l-imkatar użati fid-“dustbin”.
Jekk is-sintomi jmorru għall-għar, għandhek tikuntattja t-tabib tiegħek.
|
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||