Index of diseases (A to Z Guide)
   
   

   
   
   
   

Mard ta' l-ghasafar (Influwenza tat-Tjur)  - Informazzjoni ghal dawk li jigu f'kuntatt ma' tjur morda

[Click here for english version]

X’ inhi l-marda ta’ l-għasafar?

Il-marda ta’ l-għasafar hija marda infettiva li taffettwa l-għasafar kif ukoll, inqas spiss, il-qżieqeż. Din hija kkawżata minn viruses ta’ l-influwenza. Ħafna drabi ma’ jkun hemm l-ebda sinjali ta’ mard fl-għasafar ta’ l-ilma, imma xi kultant iseħhu numri kbar ta’ mard infettiv ħafna fl-għasafar domestiċi (tiġieg, eċċ.) b’ħafna mwiet.

Jeżistu tipi differenti ta’ influwenza tat-tjur?

Jeżistu ħafna tipi (strains) ta’ influwenza tat-tjur. It-tip hekk imsejjaħ H5N1 huwa l-iktar li kien responsabbli minn numru kbir ta’ mwiet fl-għasafar mill-2003 l’hawn u huwa l-iktar tip li qiegħed jhedded lis-saħħa tal-bniedem.

Jistgħu dawn il-mikrobi tat-tjur jikkawżaw mard fil-bniedem?

Sal-lum mard fil-biedem ikkawżat mil-virus tat-tjur kien rari ħafna. Meta dan ġara, il-kawża kienet rizultat ta’ kuntatt viċin tan-nies ma’ tjur morda, jew il-ħmieġ tagħhom, jew għaliex kienu involuti jew qrib ħafna ta’ tjur waqt il-qtil, tnittif eċċ, ta’ tjur morda. Xi rapporti, li huma ftit ħafna, kkonkludew li seta’ sar xi tixrid ta’ dan il-mard minn bniedem għal ieħor.

X’inhuma s-sintomi?

Ikun hemm deni għoli (38ºC jew iktar) b’sintomi ta’ riħ bħal sogħla, flissjoni, uġieħ fil-griżmejn u qtugħ ta’nifs. Hafna nies kellhom dijareja kmieni fil-marda, sa anke ġimgħa qabel is-sintomi li semmejna fuq. Hemm min jista’ jkollu uġiegħ fl-istonku, remettar u uġiegħ ta’ ras.

Għaliex hija daqshekk importanti li nevitaw il-mard tat-tjur fin-nies?

Sa issa ftit nies ġew infettati, imma l-marda hija serja ħafna b’rata ta’ mwiet għolja ħafna (sa anke 50% mejta ta’ dawk affetwati). Il-mikrobi ta’ l-influwenza huma versatili ħafna u jinbidlu ta’ spiss (mutations). Il-mikrobu jista’ jinbidel u jsir iktar perikoluż u nfettiv, b’tali mod li jsir faċli li jitrasmetti ruħu minn persuna għal oħra. U maħsub li jista’ jiġri wkoll li persuna li tkun infettata bil-mikrobu tal-influwenza umana u dik tat-tjur fl-istess ħin, isir tibdil u taħlit bejn iż-żewġ tipi ta’ mikrobi u jifforma mikrobu ġdid li jkollu l-kapaċita’ u li jsibha faċli jittrasmetti ruħu minn persuna għal persuna. F’dan il-każ tista’ s-seħħ epidemija mad-dinja kollha (jew pandemija).

X’inhu kuntatt u min jista’ jkun kuntatt ta’ influwenza tat-Tjur?

Persuna li huwa kuntatt huwa xi ħadd li kellu/kellha kuntatt dirett ma’ sors jew sors potenzjali tal-mikrobu tal-influwenza tat-tjur, fl-aħħar sebat ijiem. Sors tal-mikrobu jista’ jkun xogħol dirett ma’ l-għasafar, jew inkella li wieħed ikun qatta’ ċertu ħin f’postijiet magħluqin ma’ l-għasafar jew il-ħmieg ta’ l-għasafar. Dan jista’ jiġri billi wieħed ikun jgħix ġo farm tat-tiġieġ eċċ, jew jaħdem mat-tiġieġ, jew ikabbar it-tiġieġ id-dar, meta dawn l-għasafar huma morda jew suspettati li huma morda. Huwa magħruf li l-mikrobu jinstab numeruż ħafna fil-ħmieġ ta’ l-għasafar morda bl-influwenza tat-tjur. Meta jkun hemm każ wieħed jew iktar ta’ din il-marda fl-għasafar, it-Tobba tas-Saħħa Pubblika u l-Veterinarji jiflu s-sitwazzjoni u r-riskju li inti tkun kuntatt, u jingħataw il-pariri li jkunu meħtieġa.

Xi jkunu l-pariri f’każ li niġi identifikat bħala kuntatt?

(1) Użu ta’ mediċina biex tevita l-marda ta’ l-għasafar

 

F’każ bħal dan inti tiġi offrut mediċina jisimha Tamiflu jew Oseltamivir biex tipprevjeni l-marda. It-Tobba tas-Saħħa Pubblika jinfurmawk u jtuk il-pariri neċessarji, u inti tingħata din il-mediċina b’xejn.

 

(2) Għati każ ta’ xi sintomi li inti tista’ tiżviluppa bħal:

 

ü      Deni (38ºC/100.4ºF jew iktar)

 

ü  Sintomi tal-Influwenza (sogħla, flissjoni, uġiegħ fil-grieżem, uġiegħ fil-muskoli u l-għadam)

 

ü      Dijareja, uġiegħ fl-istonku

 

Jekk xi wieħed minn dawn is-sintomi jiżviluppa meta inti jkollok kuntatt ma’ l-għasafar, jew sa sebat ijiem wara l-aħħar kuntatt li seta’ kellek, inti għandek tinforma lit-Tobba tas-Saħħa Pubblika mill–aktar fis, billi tuża n-numri tat-telefon li jkunu ingħatawlek. Sakemm inti tiġi assessjat mit-Tabib tas-Saħħa Pubblika għandek tevita kull kuntatt ma’ nies oħrajn.

 

(3) Ara li tingħata t-tilqima kontra l-influwenza staġjonali

 

Jekk inti għadek ma tlaqqamtx għal-influwenza staġjonali, għandek teħodha mill-aktar fis.

Din għanda tevitalek li inti tieħu l-influwenza tal-biedem, u hekk li inti jkollok il-marda tat-tjur fl-istess ħin. Hekk ukoll nevitaw li ż-żewġ infezzjonijiet iseħħu fl-istess persuna u nevitaw li jkun hemm bdil u taħlit bejn iż-żewġ tipi ta’ influwenza u li jinħoloq mikrobu ġdid u iktar infettiv għal-bnedmin.

 

(4) Aħsel idejk spiss

 

Dejjem għandek taħsel idejk bl-ilma u s-sapun wara li tiġi f’kuntatt ma xi tiġieġ, ħmieġ tagħhom jew uċuħ ta’ affarijiet ikkontaminati. Il-ħasil tal-idejn huwa fost l-iktar ħaġa li tista’ tipproteġi kontra l-marda ta’ l-għasafar, u għandu jsir ta’ spiss għal 15-20 sekonda kull darba.

Għandek tevita li tmiss  b’idejk l-għajnejn, l-imnieħer jew il-ħalq.

 

(5) Evita kull kuntatt potenzjali ma’ tjur infettati jew il-ħmieġ tagħhom.

 

Għandek tqatta’ l-inqas ħin possibli ma’ tjur potenzjalment infettati jew il-ħmieġ tagħhom.

Kuntatt dirett ma’ tjur bħal dawn huwa xogħol ma’ l-għasafar, jew li wieħed iqatta’ xi żmien f’post magħluq fejn hemm l-għasafar jew il ħmieġ tagħhom. Anzjani, tfal, nies morda b’xi mard kroniku jew immunita’ baxxa jew b’xi sintomi ta’ l-influwenza, għandhom jevitaw kull kuntatt ma’ għasafar li potenzjalment huma morda jew il-ħmieġ tagħhom.

 

F’xi razzett li huwa infettat, ħadd ma għandu jidħol hlief dawk il-persuni awtorizzati mid-Dipartiment tal-Veterinarji u l-Agrikoltura.

X’għandi ngħamel jekk jiena ngħix f’xi nħawi li ġew affetwati u ma ġejtx identifikat bħala kuntatt?

Inti tiġi assessjat u jekk jinstab li inti ma kellekx kuntatt ma’ għasafar li kienu morda, jew il-ħmieġ tagħhom, ma jkun hemm bżonn tittieħed l-ebda azzjoni, ħlief li wieħed joqgħod attent għal xi sintomi li semmejna fuq, u f’każ bħal dan għandek dejjem tfittex kura medika malajr kemm jista’ jkun.

 

 
 
   
   
 
  Surveillance is the first step towards prevention