|
| |
Informazzjoni fuq l-H1N1 għal
Intraprizi u nies li jhaddmu
L-H1N1 hu virus ġdid tal-influwenza li kien msemmi ‘swine flu’ għaliex
mit-testijiet li saru intwera li bosta ‘genes’ tal-virus kienu jixbħu dawk li
ssoltu jinstabu fil-ħnieżer fl-iStati Uniti.
X’inhuma s-sinjali u sintomi tal-virus fil-bniedem?
Is-sintomi tal-virus
H1N1 fil-bniedem jixbħu ħafna lil dawk tal-influwenza staġjonali, u fosthom hemm
deni iktar minn 38.5C/100F, sogħla, griżmejn muġuġħin, flissjoni jew mnieħer
blukkat, uġiegħ fil-ġogi, uġiegħ ta’ ras, bard u għejja. Bosta nies li mardu
bl-H1N1 kellhom ukoll dardir, remettar u problemi bil-musrana. Bħal ma jiġri fl-influwenza
staġjonali, kumplikazzjonijiet li jirrikjedu kura fl-isptar, u xi drabi anke
mwiet, ġraw minħabba l-marda ikkawżat
minn dan il-virus.
Kif
jinfirex il-virus H1N1?
Huwa maħsub li
l-virus H1N1 jinfirex bl-istess mod tal-influwenza tas-staġun. Dan jinfirex minn
persuna għal oħra meta xi ħadd marid jagħtas jew jisgħol qrib persuna f’saħħitha.
Xi drabi n-nies jimirdu meta jmissu oġġett li fuqu jkun hemm il-virus, u mbagħad
imissu mneħirhom jew ħalqhom.
Għal kemm żmien tista’ persuna
marida tinfetta lil oħrajn?
Saru studji li
urew li l-bnedmin jistgħu jgħaddu l-virus lil ta’ madwarhom minn ġurnata qabel
ma jiżviluppaw is-sintomi sa sebat ijiem wara li jimirdu.
X’jista’
jagħmel min iħaddem biex jipproteġi lill-ħaddiema?
-
Ħeġġeġ lil ħaddiema morda biex jibqgħu id-dar
il-bogħod mill-post tax-xogħol, u kun flessibli fejn tista’ fuq il-leave..
-
Ħeġġeġ iġjene fil-post tax-xogħol billi
jintwrew avviżi li jfakkru lil ħaddiema dwar ħasil tal-idejn u x’għandhom
jagħmlu meta jisgħolu jew jagħtsu.
-
Agħti istruzzjonijiet ċari bil-kitba/email
dwar l-influwenza A (H1N1) f’lingwaġġ li jinftiehem minn kull ħaddiem.
Ikkollabora mat-tobba tas-Sanita’ sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu
informazzjoni dettalljata u friska.
-
Pprovdi faċilitajiet għal-ħasil tal-idejn u
garżi tal-alkohol (wipes) f’postijiet bħal lobbies, kurituri, u l-kamra l-baxxa.
-
Pprovdi tissues, xugamani li jintremgħu u
disinfettanti sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu iżommu l-post tax-xogħol
nadif, kif ukoll dustbins għall-użu tagħhom
-
Sar studju li were li l-virus tal-influwenza
jibqa’ ħaj, fuq uċuh bħal mwejjed, u jista’ jinfetta l-bnedmin sa 8 sigħat
wara li jiġi depożitat. Biex tnaqqas iċ-ċans li jinfirex l-influwenza A
(H1N1), ddisinfetta l-uċuh li jintmessu ta’ spiss fuq il-post tax-xogħol,
bħal kompjuters, mwejjed, pumi tal-bibien billi dawn jiġu mnaddfa
b’disinfettant skond l-istruzzjonijiet fuq il-prodott.
X’jistgħu
jagħmlu l-ħaddiema sabiex inaqqsu l-firxa tal-influwenza A (H1N1) fuq il-post
tax-xogħol?
-
Ibqa’ d-dar jekk tħossok
marid. Jekk għandek sintomi tal-influwenza, ibqa’ d-dar għal sebat ijiem jew
inkella meta tkun bla sintomi għal 24 siegħa – għandu jintagħżel l-itwal
perjodu. Dan jgħin biex ma tinfettax nies oħra u xxerred il-virus.
-
Ħaddiema mhux morda li
għandhom membru tal-familja marid id-dar xorta waħda għandhom imorru x-xogħol
bħas-soltu. Jekk ikollhom sintomi, jinfurmaw lil min iħaddem u jibqgħu id-dar.
Jekk ibagħtu minn xi mard kroniku, jew huma nisa tqal, għandhom jieħdu parir
mingħand it-tabib għax jista’ jkun il-każ li jkollhom bżonn ta’ antivirals
-
Agħtti ħalqek u mnieħrek
b’tixxju meta tisgħol jew tagħtas, u wara armi t-tixxju fiż-żibel.
-
Aħsel idejk ta’ spiss
bis-sapun u ilma, speċjalment wara li tisgħol jew tagħtas. Tista’ tuża wkoll
garza bl-alkohol.
-
Evita li tmiss l-għajnejn,
l-imnieħer jew il-ħalq. Il-mikrobi jinfirxu b’hekk.
-
Evita kuntatt ma nies morda.
Jekk tissuspetta li kont f’kuntatt ma xi ħadd marid bl-influwenza H1N1,
tista’ tmur ix-xogħol normali, iżda żomm għajnejk miftuħa għas-sintomi
kuljum, u jekk timrad, ċempel lil min iħaddem u ibqa’ d-dar.
Tmexxija f’każ
ta’ espożizzjoni tal-ħaddiema għal H1N1 fuq il-post tax-xogħol
X’għandek tagħmel meta ħaddiem jigi għax-xogħol b’sintomi tal-influwenza meta
fil-komunita’ ikun hemm influwenza A (H1N1).
-
Qiegħed lil ħaddiem f’kamra waħdu.
-
Jekk ikollu bżonn imur f’post ħdejn ħaddiema
oħra, għandu jgħatti ħalqu u mnieħru b’tixxju meta jagħtas/jisgħol, jew
jilbes maskra tal-wiċċ.
-
Avża lil min iħaddem.
-
Ibgħat lil ħaddiem id-dar mill-iktar fis
possibbli.
-
Ċempel l-emerġenza jekk il-persuna marida
tiżviluppa sintomi allarmanti.
-
Aċċerta ruħek lil l-ħaddiem marid jibqa’ d-dar għal 7 ijiem
wara li bdew is-sintomi, jew wara li jkun ilu 24 siegħa bla sintomi – għandu
jintagħżel l-itwal żmien.
X’għandek
tagħmel dwar sħab ħaddiem li hemm suspett dwaru, jew hu każ konfermat ta’
influwenza A (H1N1)?
-
Spjega lil ħaddiema li kienu esposti għal
ħaddiem li jaħdem qrib tagħhom li ġie konfermat/probabbli/suspettat li
għandu H1N1 waqt li l-marda tkun tista tittieħed.
-
Saqsi lil ħaddiema biex jiċċekkjaw lilhom
infushom regolarment għas-sintomi.
-
Agħti parir lill-ħaddiema sabiex jieħdu parir
mingħand it-tabib tagħhom dwar xi kura partikolari li jista’ jkun hemm bżonn
jekk ikunu tqal, jew għandhom xi mard kroniku bħal zokkor, problemi tal-qalb
jew pulmun, u asthma.
Dwar
ħaddiema nisa tqal b’suspett ta’ Influwenza A (H1N1)
Nisa tqal infettati għandhom riskju ikbar ta’ kumplikazzjonijiet, u għalhekk
għandhom ifittxu t-tabib tagħhom meta jħossuhom morda.
| |
|